Write Deal Association

U Għexu Kuntenti Għal Dejjem ... And They Lived Happily Ever After

L-Assoċjazzjoni Write Deal ipproduċiet l-ewwel sensiela ta’ cartoons professjonali għat-tfal, li hi kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, f'pajjiżna. Is-sensiela diġà dehret f’xi swali taċ-ċinema qabel xi films.

It-tnedija uffiċjali tas-sensiela saret mill-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-Verdala.

Issa anki inti tista’ ssegwi l-ewwel tliet cartoons mis-sensiela: Is-Sbejħa Rieqda, Il-Ħwejjeġ tal-Imperatur u Il-Prinċipessa u l-Piżella ... Dawn qegħdin f’din il-paġna!

Is-serje ta’ cartoons kienet possibbli bis-saħħa tal-EEA Grants, SOS Malta, REMAX Malta Real Estate Agency, Vodafone Malta, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u Pro.Motion Limited.

.

.

.