Write Deal Association

U Għexu Kuntenti Għal Dejjem ... And They Lived Happily Ever After

 

INTRODUZZJONI

L-Assoċjazzjoni Write Deal hi organizzazzjoni mhux governattiva li ġiet iffurmata fl-2011. Din hi magħmula minn professjonisti b'esperjenza f'oqsma differenti tal-arti (kittieba, riċerkaturi, artisti tal-istory-board, kompożituri, disinjaturi, animaturi, disinjaturi tal-grafika, mudellaturi u atturi li joffru l-vuċi tagħhom għall-awdjoviżiv) li jaħdmu flimkien sabiex:


  • Jikber l-għarfien pubbliku u politiku dwar suġġetti relatati mas-soċjetà u mal-ambjent permezz ta' xogħol awdjoviżiv u produzzjonijiet.
  • Jitħeġġeġ u jiżdied  it-talent lokali Malti ta’ artisti tal-awdjo-viżiv (kittieba, riċerkaturi, artisti tal-istory-board, kompożituri, disinjaturi, animaturi, disinjaturi tal-grafika, mudellaturi u atturi li joffru l-vuċi tagħhom għall-awdjo-viżiv) u oħrajn.
  • Ikun hemm aktar edukazzjoni u trawwim tat-talenti tal-membri tagħha billi jkunu megħjuna fit-taħriġ tagħhom fis-sezzjonijiet individwali tagħhom.
  • Jiżdiedu r-riżorsi bil-Malti permezz ta' produzzjonijiet (cartoons, films, dokumentarji, pubblikazzjonijiet, eċċ) kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Dan kollu hu possibbli bis-saħħa tal-kreattività artistika, il-professjonalità, l-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-Assoċjazzjoni.


IMPORTANTI

Nibdlu s-soċjetà... Tifel tifel, tifla tifla...


Bħala Assoċjazzjoni, nemmnu li t-temi soċjali għandhom jiġu diskussi aktar mat-tfal sa minn età żgħira. Il-ħrejjef tradizzjonali hemm it-tendenza li nwassluhom lil uliedna kif għaddewhomlna, imma dawn jippreżentaw ideat li, fil-fatt, huma diskriminatorji. Dawn il-ħrejjef jistgħu, indirettament, irawmu fit-tfal sens ta’ intolleranza soċjali, razziżmu u diskriminazzjoni tal-ġeneru. Dan kollu jsarraf fi preġudizzji u diskors ta’ mibegħda fost it-tfal, li jibqgħu magħhom ukoll meta jikbru u jsiru ċittadini attivi.

Għalhekk, f'dan is-sit, il-ħrejjef qed jiġu ppreżentati b'mod ġdid, mingħajr ma tintilfilhom l-istorja oriġinali tagħhom.

Write Deal Association temmen li tista' tagħmel differenza fit-twassil tal-messaġġ.

Fl-aħħar, u żgur mhux l-inqas, ix-xogħol kollu relatat mal-cartoons qed isir minn artisti lokali.

The successful bidder is Union Print Co Ltd – 11,500 (including VAT)